Il-ħasil ta’ l-idejn bis-sapun u bl-ilma għal mill-inqas 20 sekonda huwa l-aħjar mod kif tneħħi kull ħmieġ u mikrobi.
F’dan iż-żmien ta’ pandemija, meta speċjalment inkunu barra, mhux dejjem ikolna aċċess għal sink u ħafna minna qed inġorru flixkun sanitiser żgħir fil-but, handbag jew fil-karozza.
Imma hawn esperti li qed iwissu biex QATT m’għandna nħallu sanitiser fil-karozza tagħna!
U għaliex dan?

Dan għaliex, it-temperaturi sħan jistgħu jikkawżaw li l-alkoħol fil-sanitiser jevapora. Speċjalment jekk il-vettura tkun ipparkjata fix-xemx diretta.
Peress li l-alkoħol huwa l-ingredjent attiv li joqtol il-batterji u l-viruses, il-prodott mhux ser ikun jista’ jaħdem bil-mod kif suppost.
Apparti minn hekk sanitiser sħun jista’ jirrita wkoll il-ġilda. Dan jonqos issa! U mhux biss.
Jekk jaqalek xi ftit, dan jista’ jagħmel ħsara lill karozza.
Daqsekk għalissa.
