Missier iddeċieda li jgħin numru kbir ta’ nies li m’għandomx missier u jixtiequ parir.
Rob Kenney minn Washington jidher li rnexxielu!
Rob innifsu kiber u trabba mingħajr missier u bħal kull tifel ieħor, kellu mistoqsijiet li xtaq li jsaqsi lil missieru.
Meta sar missier, kien determinat li jkun l-aqwa missier għal uliedu. Ried itihom dak li hu ma kellux. Pero’ apparti li ried ikun missier eżemplari għal uliedu, ried jgħin tfal oħra u għalekk ħoloq channel fuq youtube.
‘Dad, how do I?’ huwa iċ-channel li fih Rob jgħati istruzzjonijiet kif wieħed jgħamel xi tiswija bażika fid-dar, kif wieħed iqaxxar il-leħja u iktar.
F’intervista huwa stqarr li qatt ma ried ikun sinjur. L-għan tiegħu dejjem kien li jrawwem adulti b’valuri b’saħħithom.
Grazzi, Rob!