Bħalissa, li it-temp beda jisħon xi ftit, żgur li fil-friża għandek xi kaxxa ġelat tistennik.
Pero’ kont taf kif għandek tieklu?
Trid intihielek bl-imgħarfa?
Jekk int bħali, tieklu bla ma taħseb xejn u f’kemm ili ngħidlek issib it-tazza vojta, qed tgħamel ħażin!
1. L-ewwelnett għandek tħalli l-ġelat għal 15-il minuta wara li toħroġha mill-friża biex it-temperatura tilħaq -14C.
2. Aqbad ammont żgħir ta’ ġelat, madwar nofs kuċċarina kull darba.
3. Poġġi l-kuċċarina ta’ taħt fuq f’ħalqek sabiex il-ġelat jolqot mill-ewwel it-taste buds.
4. Mexxi u ħawwad ftit il-ġelat madwar ħalqek waqt li tieħu nota tas-sensazzjoni tal-kesħa u t-togħma.
5. Żomm il-ġelat f’ħalqek għal 12-il sekonda biex tesperjenza it-togħma.

Skont Dr. Sarah Kemp, esperta fit-togħma u xjenzista tas-sensi, meta ddawwar il-kuċċarina ta’ taħt fuq hekk kif tidħol f’ħalqek, tkun qed tiżgura li l-ġelat imiss mat-taste buds u jħalli mpatt ta’ togħma iktar qawwija.
U kemm ċajt ukoll!
Int kif tieklu?