Fl-opinjoni tiegħi, il-kunċett hu verament tajjeb. Barra minn hekk, il-fatt li l-atturi Bradley Cooper u Robert De Niro jaħdmu flimkien, iġiegħlek issegwi l-film iktar bil-qalb. Laqatni ħafna l-mod kif ġie miġbud u kif ukoll l-effetti viżwali li ġew użati sabiex jiġi esterjorizzat dak kollu li jkun għaddej f’moħħ l-attur prinċipali. Għalkemm jista’ jkun li l-ġeneru tal-fantaxjenza mhuwiex ġeneru li jolqtok ħafna, probabbilment dan il-film xorta waħda se jogħġbok.

Is-sinossi: Kittieb li kien qed isibha diffiċli joħloq materjal ġdid, jieħu pillola misterjuża. Bl-għajnuna ta’ din il-pillola, li twassal lil kull min jagħmel użu minnha jaċċessa l-ħiliet mentali kollha tiegħu, dan il-kittieb isir ġenju fil-qasam finanzjarju. Però, dan iwasslu biex jibda jgħix f’ħajja ġdida mimlija periklu.
Ara t-trailer hawnhekk :