Waqt il-programm X’sar minnhom? li qed jixxandar live fuq facebook mill preżentattriċi Alisa Pavia, kelna lil attur Ryan Paul Mercieca.
Ryan ħafna jiftakruħ f’Maskra, Rifless, Il-Patt, Rajt ma Rajtx, Division 7, Klassi Għalina u fil-film lokali The Weeping House of Qala. Film li ħareġ fis-sena 2018.
Forsi ftit huma li jafu li Ryan ħa sehem ukoll fil film ‘The Promise’ kif ukoll f’diversi produzzjonijiet teatrali.

U issa x’qed jgħamel?
Fil-programm qalilna li m’għadux jgħix Malta u li qed jgħix Spanja. Se jgħalaq sentejn dalwaqt!
Ryan filfatt qed jgħix Spanja mal-imħabba li sab waqt li kien vaganza f’Amsterdam.
Tgħid għad nerġgħu narawh fuq it-televiżjoni lokali? Jew forsi fuq it-televiżjoni Spanjol! Min jaf?
Jekk trid issegwi, din kienet l-intervista –