Wara li l-ġimgħa l-oħra l-missjoni kellha tiġi kkanċellata fl-aħħar minuti wara li t-temp ma kienx stabbli, SpaceX f’kollaborazzjoni ma’ NASA, se jkunu qegħdin jieħdu ċans ieħor biex itellgħu żewġ astronawti fl-ispazju.
Kien proprju disa’ snin ilu meta l-Amerikani kienu tellgħu xi nies fl-ispazju mill-Amerka stess. Din tal-lum se tkun kruċjali għall-futur Amerikan f’dak li għandu x’jaqsam mal-esplorazzjoni spazjali, għaliex se tkun il-bażi għal missjonijiet futuri lejn il-qamar, lejn il-pjaneta Marte fost l-oħrajn.
Tgħid jirnexxielhom illum?