Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Lulju se jinfetħu l-ajruport u l-portijiet. Dan tħabbar dalgħodu waqt intervista fuq l-istazzjon ONE.
Barra minn hekk, għada t-Tnejn l-1 ta’ ġunju, mistennija jiġu rilaxxati iktar miżuri fosthom il-ftuħ ta’ stabbilimenti bħall-gyms u l-bars. Dawn mistennija jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom minn nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju.