Bastiment Ġappuniż kien jinsab f’nofs ta’ baħar wara li telaq għad-destinazzjoni tiegħu. Il-kaptan iddeċieda li jmur jinħasel. Neħħa ċ-ċurkett, tefgħu fuq mejda, u daħal fil-kamra tal-banju. Xħin ħareġ, induna li ċ-ċurkett ma kienx hemm. Bla ebda telf ta’ żmien, il-kaptan għajjat 3 membri tal-ekwipaġġ, u saqsiehom fejn kienu u x’kienu qed jagħmlu fl-aħħar kwarta.
Il-kok qallu : “Jien kont fil-kċina nipprepara għall-ikla tal-lejla.”
Il-baħri qallu : “Jien kont fuq l-arblu nirranġa l-bandiera Ġappuniża, għax indunajt li kienet bil-kontra.”
L-inġinier qallu : “ U jien kont qed niċċekkja li kollox qed jaħdem sew.”
Min hu l-ħalliel?
Tweġiba : Il-baħri hu dak li kien qed jigdeb għax il-bandiera tal-Ġappun hija simetrika u ma tista’ tkun qatt rasha ‘l isfel.
Share your Results: