Nhar il-Ġimgħa fuq l-istazzjon nazzjonali Malti, fuq il-programm Xarabank kien hemm mistieden il-kantant Joe Demicoli.
F’dan l-istess programm Joe Demicoli fost affarijiet oħra tkellem fuq id-dipressjoni.
Tkellem fuq kif huwa stess ħareġ minnha 4 snin ilu pero’ sfortunatament hawn ħafna nies ibgħatu minn problemi mentali fis-skiet mingħajr ma jfittxu għajnuna.
Meta taċċetta dak li għandek u titkellem dwaru, tkun għamilt l-ewwel pass.
It-tieni pass, huwa li tibda taħdem fuqek innifsek u tibda tbiddel il-ħsibijiet negattivi għal dawk pożittivi.

Għal dan l-istess suġġett, Joe kiteb kanzunetta bl-isem ta IRRIDEK TGĦIX.
Kanzunetta favur il-ħajja li tgħati kuraġġ lil dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli.
Irridek tgħix, agħtini jdejk
imma għaliex se tgħalaq għajnejk?
Tħallix ħsieb, jgħalaqlek il-bieb
Jien qiegħed hawnekk nistennik.
Il-ħajja sabiħa!