fbpx

Biex ittejjeb il-burdata…

Miktub minn
Reklam

Xi nies  dejjem jidhru li huma kuntenti, dejjem jitbissmu u jieħdu pjaċir. Iwarrbu emozzjonijiet u esperjenzi negattivi.

Int tista’ tkun l-istess.

Ix-xjenza tapprova li int għandek il-poter li tbiddel il-prospetti tiegħek fuq il-ħajja. M’huwiex diffiċli, pero’ aħna se ntukom 5 għajnuniet biex tibdel il-burdata.

Eżerċizzju

Ħaddem demmek! Dan jistimula l-endorphins u joħloq sentiment ta’ ferħ li jiġġieldu kontra l-burdata ħażina.

Ovvjament kull attività fiżika tgħodd – ġiri, ċikliżmu, yoga, żfin u anke mixja mgħaġġla ta’ 20 sa 30 minuta tgħin.

Ojjj, aqra dan l-artiklu l-ewwel!

Kul il-weraq

Huwa rrakomandat li tiekol weraq ħodor bħal spinaċi u kale. Dawn fihom nutrijenti li jgħinuk tnaqqas burdati negattivi u d-dipressjoni.

Ixtri xi fjuri għalik innifsek.

Tim ta’ riċerkaturi sabu li jekk iżżomm xi fjuri friski fid-dar, jgħinu biex tnaqqas l-anzjetà u żżid l-entużjażmu fuq ix-xogħol.

Tbissem

Ija hemm għalfejn ngħidlek jien?!

Filwaqt li jista’ jkun li taħseb li tista’ titbissem biss bħala reazzjoni għal meta kollox imur sew, għandek żball.
Xi riċerkaturi jissuġġerixxu li tbissima, anke jekk sfurzata, tgħinek tħossok aħjar.

Ixgħel id-dawl

Id-dawl huwa terapija u trattament effettiv speċjalment għal min ibgħati bil-kundizzjoni SAD (Seasonal Affective Disorder).

Pero’ mhux biss.

L-esperti jaqblu li jekk kull meta tħoss ftit dwejjaq tixgħel ftit dawl abjad, tħossok aħjar. Li tiftaħ il-purtieri u tħalli d-dawl naturali jidħol fil-kamra huwa biżżejjed biex ittejjeb il-burdata.

Dawn huma biss ftit għajnuniet li bihom tħossok aħjar.
Hawn min jiekol biċċa ċikkulata jew larinġa u jħossu aħjar. Hawn min jisma’ l-mużika u jkanta xi 4 strofi jew tazza kafe’.

Int x’tgħamel biex tbiddel il-burdata?

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese