Ir-raħal ta’ Ħad-Dingli, kien il-post fejn twieled wieħed mill aqwa kittieba u drammaturgi Maltin tas-seklu 20.
Francis Ebejer twieled fit-28 ta’ Awwissu 1925. Missieru Ġużè kien is-Surmast tal-iskola Primarja f’Ħad Dingli waqt li ommu kienet għalliema tal-Matematika fl-iskola sekondarja ċentrali fil-Belt Valletta.
Kiteb 7 novelli bl-Ingliż u waħda bil-Malti. Filfatt sal-1950 Francis kiteb biss bil-lingwa Ingliża. Ix-xogħlijiet tiegħu jikkonsistu f’poeżiji, novelli, artikli u oħrajn.

Fil-bidu tas-snin sittin, beda jikteb għat-teatru u kiteb l-ewwel dramm bl-isem ta Vaganzi tas-Sajf
Wara dan, kiteb diversi drammi oħrajn. Fosthom Boulevard, Menz, Il-Ħadd Fuq il-Bejt u Karnival.
Wieħed ma jistax isemmi lil Francis Ebejer mingħajr ma jsemmi Id-Dar tas-Soru.

Rebaħ ħafna unuri u premjijiet għax-xogħlijiet tiegħu kemm għat-televixin kif ukoll għall-palk.
Francis miet fid-dar tiegħu fl-10 ta’ Ġunju 1993. Huwa jinsab midfun fiċ-ċimiterju ta’ Ħad-Dingli.
Fl-istess raħal twelidu, hemm mafkar xogħol l-iskultur Malti, Anton Agius. Dan kien inawgurat mill-President ta’ Malta, Dr.Guido DeMarco f’Diċembru 1999.
