Waqt il-programm X’sar minnhom? li xxandar nhar il-Ħamis kelna mistieden Jeffrey Scicluna. Attur, kantant u jpinġi. Kif ukoll kiteb u dderieġa diversi xogħolijiet teatrali. Nistgħu ngħidlu li jħobbu il-palk mhux ħażin.

Lil Jeffrey ħafna jiftakruħ fil-programm tat-tfal ‘Dr.Peel’ li kien jixxandar fuq l-istazzjon ta’ dak iż-żmien, Super 1, flimkien ma’ Leontine u Clara Farrugia.
Rajnih ukoll f’Gideb u Mħabba u fis-serje popolari Iċ-Ċaqqufa..
Waqt l-intervista, Jeffrey stqarr kif waqt il COVID-19 kiteb ftit scripts ta’ xogħol ġdid li għad naraw.
Pero’ wieħed issa jrid jistenna li jiftaħ l-istaġun teatrali.
Ikolli ngħid li waħda minnhom hija Pantomima. Ma nafx.

Ħa sehem ukoll f’diversi rappreżentazzjonijiet li kienu jsiru fl-Argotti fil-Furjana waqt L-Iljieli Mediterranji. Fosthom – Żeża tal-Flagship, It-Tfajla tal-Palazz u It-Tieġ ta’ Karmen Abdilla.
Fis-sena 2004, kiteb l-ewwel produzzjoni mużikali fuq ħajjet San Leonardo ibbażżata fuq ktieb ta’ Patri Wistin Born. Kien hawnekk li Jeffrey semma li 15-il ġurnata qabel ma din ittellgħat għal ewwel darba, Mario Ellul, li kellu parti f’din l-istess produzzjoni, kien ħalla din id-dinja.
…Propju ġurnata wara li kien irrekordja kollox!
ESKLUSSIVA!
Hawnekk tista’ tisma kanzunetta li Mario Ellul flimkien ma’ Jeffrey irrekordjaw għal dan il-musical. L-aħħar proġett li rrekordja Mario.
Insellmulek!
Jekk għadek ma segwejtx l-intervista, tista’ taraha hawnekk –