Dan l-aħħar fuq il-media soċjali qed tiġri li ġej il-maltemp.
Le, ħijos. Maltemp issa? Kważi s-sajf?
Aħna saqsejna lil Maltese Islands Weather u qalulna li l-uniku ‘maltemp’ li qed nistennew huwa daqsxejn riħ, bħal ma diġa kellna fil-jiem li għaddew.
Fl-istampa ta’ hawn taħt tista tara kif iċ-ċentru tal-Mediterran se jkun taħt l-influwenza ta’ pressjoni għolja “H”. Din tfisser temp bnazzi.

Din is-sitwazzjoni għandha hekk sa nhar il-Ħadd.
Hekk aħjar! La ġej is-sajf, irridu ngawduh.