Il-mistieden tal-programm X’sar minnhom? tal-lum huwa John Montanaro. Ħafna jiftakruħ mis-sensiela Anġli. Pero’ mhux biss.
John ħadem f’diversi produzzjonijiet teatrali, fostom f’xi pantos.
Filfatt, is-sena l-oħra John ħa sehem fil-panto ‘Aladdin’ fl-MADC u ħadem il-parti tal-ġenju flimkien mad-dama Alan Montanaro. Li jiġi zijuh.

19-il sena ilu waqt li kien għaddej f’xi produzzjonijiet fuq il-palk, John kien ġie avviċinat minn Salvu Mallia u Pierre Portelli. Kienu qed ifittxu lil xi ħadd bħal John biex ikun f’parti prinċipali f’Anġli.
Minn Youtube
Tgħid għad nerġgħu narawh fuq it-televiżjoni?
Jekk għadek ma segwejtx l-intervista, tista’ ssegwi hawn –