Waqt il-programm Niltaqgħu ma’ li jixxandar fuq facebook, iltqajna ma’ Donna Borg.
Donna, hija għalliema tal-Malti u wara diversi snin tgħallem il-Malti f’Malta, iddeċidiet li tieħu kors ta’ sentejn fi Drama Studio London.

Fost l-istudenti li jitgħallmu l-lingwa tagħna, hemm uħud li jkunu jridu jikkomunikaw mal-familjari tagħhom f’Malta, jew li jkunu jitgħallmu l-lingwa minħabba raġunijiet ta’ xogħol jew interess kulturali.

Flimkien ma’ Sarah Ellul u Amanda Tanti, Donna kitbet il-ktieb SFERI. Dan huwa mmirat għall-għalliema u għall-istudenti li jkunu qed jippreparaw ruħhom għall-eżami tal-Matrikola fil-Malti.

Imma dan x’hemm bżonnu? U kemm hu faċli li barrani jitagħllem il-lingwa Maltija?
Jekk għadek ma rajtx din l-intervista, tista taraha hawnekk –