fbpx

B’tifkira

Miktub minn
Reklam

Twieled iż-Żejtun fis-16 ta’ Mejju, 1943.

Frans Baldacchino, il-Budaj.

Fis-snin 60, Frans emigra lejn l-Awstralja u hemmhekk ifforma parti minn grupp tal-folklor flimkien ma’ emigranti Maltin oħra. Irritorna lura Malta fis-snin sebgħin.

Il-laqam ‘Il-Budaj’ minn fejn ġie?
Fl-1950, meta t-tim tal-futbol Ungeriż kien żar Malta, fost il-plejers kien hemm Puskas u Bodai. L-isem Bodai għadda għand ħu Frans, li kien jilgħab il-futbol. Dan imbagħad intiret għand Frans.

Il-Budaj beda l-imħabba tiegħu għall-mużika folklor ta’ minn età żgħira, u kien ukoll passjonat dwar il-poeżija, l-opra u l-mużika klassika.
 Ħa sehem f’diversi festivals tal-folklor, kemm fuq livell lokali kif ukoll internazzjonali.

Bilfors trid tgħid li t-talenti ta’ Frans jiġu apprezzati wkoll minn dawk li mhumiex midħla ta’dan it-tip ta’ kant folk Malti.

Ma tistax tinsa l-kanzunetta li biha Priscilla Psaila flimkien mal-Budaj, kienu ħadu sehem fl-Għanja tal-Poplu, 2001 u rebħu! Tisimgħu tissaħħar.

Jgħanni l-poeżija
Xi ġrajja Maltija
Qalbek jaqsamielek
Demgħa jniżżilielek
Idaħħak u jbikki
Dejjem b’versi rikki
Għax hekk hija l-ħajja
Tal-Malti għannej.

Francis Xavier Baldacchino ħalla din id-dinja fil-21 ta’ Ġunju 2006 fl-eta’ ta’ 63 sena.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese