fbpx

10 pariri għal dan is-sajf…

Miktub minn
Reklam

Fl-aħħar artiklu, konna għidnilkom xi benefiċċji li ttina x-xemx u issa ddeċidejna li nfakkrukom fi ftit pariri għal dan is-sajf.

1) Ixrob ħafna ilma

Temperaturi għolja jikkaġunaw iktar telf ta’ ilma mill-ġisem li jistgħi jikkaġunaw dehydration. Tistenniex li tkun bil-għatx biex tixrob. Jekk ma tħobbux, żid ftit frott miegħu. Hu rrakomandat li fis-sajf, persuna għandha tixrob minn tal-inqas 3 litri.  

2) Żomm ġismek imxarrab

Tbaħbaħ! Agħmel attivitajiet li bihom iżżomm ġismek imxarrab. Iffriska ruħek… le żomm! Ruħek ma tistax tiffriskaha.

3) Ibqa' fid-dell

Ixgħel l-arja kkondizzjonata, poġġi liżar fl-art, ftit ikel ġo qoffa, pakkett crisps, erba’ cushions u ntefa’. Jekk filgħaxija, tista’ tixgħel ftit xemgħat ukoll.

4) Agħsar frott frisk

Ħallik mill-ġelat u agħsar frott frisk biex tagħmel xi smoothy tajjeb! Meraq kiesaħ, b’iktar sustanzi u b’ħafna inqas zokkor. Żejjen it-tazza, poġġi straw u ixrob bil-mod. Cheers ee!

5) Ikel frisk

Kul ikel kiesaħ u evita li tixgħel il-forn… ħlief jekk tkun se ssajjar xi kejk tajjeb taċ-ċikkulata.

6.) Iffriża x-xugamani

Xarrab biċċiet tad-drappijiet bħal xugamani, agħsarhom tajjeb, daħħalom fil-friża u żommhom miegħek. Ituk dehxa li tieħu gost biha.

7) Ħu ħsieb dak l-annimal

Jekk għandek xi annimal, bħal kelb, qattus jew fenek, ara li żżommu frisk ukoll. Tħallihx marbut barra fis-sħana u ara li jkollu ilma frisk, groomed u silġa tal-ilma ma tagħmilx ħażin lanqas.

8) Uża deodorant

Kun ħanin ma’ ħaddieħor u uża deodorant. Għal ħafna minna r-riħa tal-għaraq huwa l-agħar effett tas-sajf. Apparti li jxarrablek il-ħwejjeġ, hemm ir-riskju li xi ħadd jagħtih xi ħass ħażin bir-riħa!

9) Iċċaqlaq!

Li barra tkun is-sħana mhijiex skuża biex tnaqqas mill-eżerċizzju. Agħmel użu minn pixxina, gym, agħmel yoga d-dar u evita li toħroġ timxi jew tiġġoggja bejn il-11:00am u l-4:00pm.

10) Dak l-imgħarraq nemus

Diment li ma tgħix ġo bużżieqa, in-nemus fis-sajf iqattgħak. Iż-żejt taċ-ċitronella hu magħruf li jżomm l-insetti ‘l bogħod u din hi vverifikata minn riċerka. Evita li tuża żejt pur taċ-ċitronella fuq il-ġilda tiegħek. Dan iż-żejt jista’ jikkawża irritazzjonijiet tal-ġilda jew reazzjonijiet allerġiċi f’persuni b’ġilda sensittiva. In-nisa tqal għandhom joqogħdu attenti meta jużaw iż-żejt taċ-ċitronella, minħabba li l-ġilda tagħhom hija sensittiva ħafna matul dawk id-disa’ xhur. Ukoll, iż-żejt taċ-ċitronella m’għandux jintuża fuq trabi u tfal żgħar minħabba li l-ġilda tagħhom tkun delikata.

Issa attent li ma taqbiżlekx għax is-sħana tal-ġisem flimkien mas-sħana ta’ moħħok ma tantx ikunu sbieħ flimkien. 

Agħmel share!

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese