fbpx

B’tifkira

Miktub minn
Reklam

Imwieled il-Birgu fit-30 ta’ Ġunju, 1890. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo u fl-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa bħala Tabib Mediku fl-1912. Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija huwa serva mar-Royal Medical Corps f’Malta u fuq il-vapuri tal-isptar. Wara l-gwerra huwa waqqaf prattika privata f’Raħal Ġdid.

Paul Boffa daħal fil-politika fl-1921 u ssieħeb fil-Partit Laburista fl-1923. Huwa ġie elett Kap tal-Partit Laburista fl-1927. Kien f’koalizzjoni mal-partit ta’ Lord Strickland fil-Gvern (1927-32). Fl-1932 Paul Boffa kien l-uniku kandidat tal-Partit Laburista elett fl-Assemblea Leġiżlattiva sakemm ġie xolt fl-1933. 

Pawlu Boffa, l-ewwel Prim Ministru Laburista ta pajjiżna.
Prim ministru li taħt it-tmexxija tiegħu, pajjiżna għamel kisbiet soċjali kbar.

Fl-1946 Boffa, introduċa edukazzjoni b’xejn għal kulħadd u fl-1947 ta il-vot lin-nisa. Daħħal il-liġi tal-pensjoni tax-xjuħ. Sa dak iż-żmien, kull ħaddiem li jirtira, kien jispiċċalu d-dħul biex imantni lilu nnifsu u l-familja tiegħu u ħaddiema stabbiliti BISS kellhom dritt għall-pensjoni. Ħafna ħaddiema irtirati kienu jispiċċaw jittallbu wara li jkunu għamlu ħajjithom jaħdmu.

Fl-1921, huwa żżewweġ lil Ġenoveffa Cecy u kellu erbat’ itfal. Paul miet bħal llum 58 sena ilu fir-residenza tiegħu f’Raħal Ġdid u jinsab midfun fiċ-Ċimiterju tal-Erwieħ Kollha f’Ħal Tarxien.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese