Persuna li tbagħti minn Cerebal Palsy (kundizzjoni li ma tħallikx iċċaqlaq idejk u saqajk) kitbet fi grupp fuq facebook u qalet hekk –
"Mela tmur taghmel qadja u alla jbierek ir-rampi kollha bil-karozzi jparkjati quddiemhom... naqra rispett jekk jghogbokom qabel ma ittajjarni karozza min-nofs it-triq u nispicca got-tebut habba n-nuqqas ta' hsieb min certi nies".
Tkellimna ma’ persuna oħra li ħarġet lil xi ħadd tal-familja bl-użu ta’ wheelchair u hi ukoll sabet diffikulta’.
Aħna wkoll, kull ma se nitobukom huwa ftit rispett jekk jogħġobkom!