Fl-1933 twieldet Slimiża li qattgħet tfulitha fil-kruha tal-Gwerra, il-mara tal-eks President ta’ Malta, Mary Fenech Adami. Mara li b’umiltà kbira ħadmet biex tgħin lil min hu fil-bżonn.
Kienet villeġjatura mal-familja f’San Pawl il-Baħar meta Mary tiltaqa’ ma’ Eddie. Mary iżżewġet lil Eddie l-Ħadd 27 ta’ Ġunju tal-1965.
Ta’ min isemmi li għalkemm il-politika ma kinitx togħġobha, lil żewġha xorta kienet tgħinu.
Għalkemm meta kienet il-First Lady ta’ Malta kellha 70 sena, Mary għamlet xogħol kbir b’risq il-Communty Chest Fund, u kienet tgħin lill-morda, speċjalment lil tfal morda bil-kanċer.

Is-Sibt 2 ta’ Lulju 2011, waqt it-tieġ ta’ bint l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, Mary ħassha ħażin u bl-assistenza tat-tobba li kienu mistiedna, fosthom Dr. Alex Manchè, twasslet l-isptar. Mary għamlet ftit jiem fit-taqsima tal-kura intensiva u bħal-lum 9 snin ilu, fit-3 ta’ waranofsinhar ħadet l-aħħar nifs ta’ ħajjitha fl-età ta’ 77 sena. Il-funeral sar fil-Bażilika ta’ Santa Liena f’Birkirkara.
