Imwieled ir-Rabat fl-1917. Magħruf bħala Kilin minn ċkunitu. Mikiel Spiteri, ippubblika numru ta’ kotba bil-Malti, li kienu jinkludu rumanzi u poeżija.
Kilin mill-ewwel deher li kien se jipprometti fl-iskola għax kien tifel li kellu interess f’kollox u kien determinat li ried jirnexxi. Ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fil-Liċeo.
Huwa kien jaf sew il-lingwa u minbarra l-Malti, ippubblika f’lingwi oħra, fosthom l-Ingliż u l-Ispanjol.
Il-laqam “Kilin” beda jużah meta darba sema’ lil xi ħadd isejjaħ lil xi ħadd ieħor Kilin u dan l-isem għoġbu.
F’Diċembru 2000, ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika mill-President ta’ Malta dak iż-żmien Guido De Marco.
Huwa ta lill-pajjiż kotba letterarji li kkontribwew l-oriġinalità għal-letteratura u nkitbu b’mod li jagħmilhom aċċessibbli għal kulħadd.
Mikiel Spiteri miet bħal llum 12-il sena. Xahar qabel għalaq il-91 sena tiegħu.