Sony, iktarx se joħorġu apparat li jiċċirkola arja kondizzjonata li tista twaħħlu mal-għonq tal-flokk. Mhux idea ħażina kieku!
Dan jiżen ftit iktar minn 85 gramma u għandu app li tista’ titniżżel minn smartphone, minn fejn tista’ tikkontrolla t-temperatura.
Qed jinbiegħu ukoll flokkijiet li magħhom għandhom bwiet żgħar meħjuta fl-għonq, li fihom tista’ ddaħħal dan l-apparat fih.
Din it-teknoloġija l-ġdida tista’ tgħin biex tbaxxi t-temperatura tal-ġisem sa 13 ° C.
Ovvjament dan mhux biss utli għas-sajf. Peress li jista’ jżid it-temperatura tal-ġisem bi 8 ° C., jgħin ukoll biex iżomm sħun lil min jilbsu.
Int x’tagħmel kieku? Titħajjar tixtrih?