Indian Spiced Beef Curry
Riċetta minn Gwen’s Cooking Club
Ingredjenti –
900g laħam taċ-ċanga, imqatta’ f’dadi żagħar
Kuċċarina kosbor midħun
Kuċċarina kemmun midħun
Kuċċarina żagħfran midħun (turmeric)
Kuċċarina garam masala
Magħrfa żejt taż-żebbuġa
3cm ġinġer
Basla mqatta’
2 sinniet tewm
4 tadamiet, imqaxxra u mqatta’ f’biċċiet
Bżaru aħmar (chilli)
150ml yogurt abjad
Metodu –
Ġo kontenitur ħawwad flimkien il-laħam, żagħfran, kemmun, garam masala u kosbor.
F’taġen saħħan ftit żejt taż-żebbuġa, itfa’ l-laħam u sajjar sakemm isir skont il-gosti tiegħek.
Ġo food processor idħan il-ġinġer, bżaru aħmar, tewm, tadam u l-basal. Żid il-yogurt u ftit ilma. Sajjar din iz-zalza għal madwar 5 minuti, erġa itfa’ l-laħam u sajjar għal madwar 15-il minuta.
Servi 🙂
