fbpx

Id-diska tas-sajf?

Miktub minn
Reklam

Id-diska li ddominat TIK TOK.

Jawsh 685, ippubblika “Laxed (Siren Beat)”, fuq YouTube fl-2019. Wara s-suċċess tagħha, ġiet ippublikata uffiċjalment fuq il-pjattaformi onlajn u Jawsh 685 iffirma ma’ Columbia Records f’Mejju 2020.

Derulo ried il-kanzunetta għalih innifsu u ġie rrappurtat li fil-11 ta’ Mejju 2020, ma kkreditax lil Jawsh 685 u l’anqas ma talab permess għall-kampjun.
Filfatt ikkredita lil Jawsh 685 bħala l-produttur iżda dan ried aktar kontroll u ma riedx jiġi “bullied” minn artist ikbar.

Fil-11 ta’ Ġunju 2020, Columbia Records ħabbret li ż-żewġ artisti kienu nsew id-differenzi tagħhom u Jawsh 685 ippermetta lil Derulo juża l-kampjun. Issa Jawsh 685 huwa kkreditat bħala artist u ko-kittieb, kif ukoll l-uniku produttur. Barra minn hekk, “(Laxed – Siren Beat)” ġiet miżjuda mat-titlu.

Wara dan il-ġenn, Savage Love nistgħu ngħidu li hija d-diska ta’ dan is-sajf. Fil-fatt il-popolarita’ ta din id-diska spikkat f’TIK TOK.

Għalkemm din id-diska hija popolari, ħafna minnkom forsi dejqitkom.

U lilek tgħoġbok?

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese