fbpx

B’tifkira – Anastasju Cuschieri

Miktub minn
Reklam

Anastasju Cuschieri –  Patri, senatur, professur tal-filosofija u awtur. Poeta tal-Madonna u tal-Ilsien Malti.

Imwieled fil-Belt Valletta, fil-parroċċa ta’ San Duminku, fis-27 ta’ Jannar, 1876.

Ħa l-voti reliġjużi bħala Patri Karmelitan nhar it-28 ta’ Awwissu, 1891 u wara l-istudji tiegħu f’Malta, bagħtuh Ruma fejn kiseb Dottorat fil-Filosofija fl-Universita Gregorjana ta’ Ruma.

Inħatar Professur tal-Filosofija fl-Università Rjali ta’ Malta u dam professur għal 38 sena.

Waqt li Toninu kien qiegħed jaqra b'qattus maġenbu u kelb daqs naqra, daħlet in-nanna inkiss inkiss u tatu bewsa kif kien.jpg

Taqbila ta’ Anastasju Cuschieri

 

Lura Malta, Patri Anastasju sar membru tal-Kunsill tal-Università, fejn ippresieda fuq il-Fakultà tax-Xjenza u kien eżaminatur tal-istudenti fit-Taljan. Filfatt għad hawn min jiftakru waqt il-lezzjonijiet sbieħ tiegħu fl-Università.

Kien elett darbtejn bħala Pirjol Provinċjali tal-Ordni Karmelitan f’Malta.

Anastasju, intgħażel darbtejn bħala Senatur f’isem il-gradwati tal-Università fl-ewwel żewġ legislaturi ta’ Gvern Malti. Gvern Nazzjonalista. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-Gvern Kolonjali Ingliż kien żamm għajnejh fuqu minħabba t-twemmin politiku tiegħu.

Għall-ħafna poeżiji tiegħu fuq il-Madonna, huwa magħruf bħala l-Poeta tal-Madonna li huma fost l-aqwa fil-letteratura Maltija.

Fil-15 t’Awwissu 1959, wara marda kiefra li ħallietu paralitiku, nhar is-17 ta’ Lulju 1962, tawh l-aħħar Sagramenti. Anastasju miet bħall-llum 58 sena ilu, jum qabel il-mewt ta’ San Ġorġ Preca.

 

Li kont warda kollni fwieħa
b’weraq sbieħ qatt ma jidbielu
minn ħdejk qatt ma kont nitbiegħed,
o Reġina tal-Karmelu.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese