Fis-sena 1920, iċ-ċef żagħżugħ Lionel Sternberger, kien isajjar fil-ħanut ta’ missieru “The Rite Spot”.
Darba minnhom Lionel, ħaraq hamburger u ħeba l-post maħruq taħt porzjon ġobon. Minflok ma rmiha, ħeba l-iżball u serviha lil klijent u għoġbitu!
Tgħid kien żball ġenwin?
Hu x’inhu, Lionel huwa il-kreatur tal-hamburger bil-ġobon (cheeseburger).
Ħudha b’tagħlima din. Jekk taħraq xi ħaġa, poġġi slajs ġobon, servi u tarmi xejn!