fbpx

B’tifkira – San Ġorġ Preca

Miktub minn
Reklam

Dun Ġorġ Preca – Il-qaddis Malti.

Twieled il-Belt Valletta, fit-12 ta’ Frar 1880. Huwa ġie mgħammed fil-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Porto Salvo, il-Belt Valletta, fis-17 ta’ Frar.

Fl-1888 il-familja Preca marret tgħix il-Ħamrun, fejn Ġorġ irċieva l-Griżma u l-ewwel Tqarbina tiegħu fil-knisja parrokkjali ta’ San Gejtanu. Wara l-istudji tiegħu fil-Liċeo, George daħal fis-Seminarju ta’ Malta bil-għan li jsir saċerdot.

Ftit xhur qabel l-ordinazzjoni tiegħu għas-saċerdozju George Preca kien kważi miet minħabba marda serja ħafna. Ġie ordnat saċerdot fit-22 ta’ Diċembru 1906 mill-Isqof Pietro Pace, u ċċelebra l-ewwel Quddiesa Solenni tiegħu fil-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun f’Jum il-Milied.

Lejn l-aħħar ta’ Jannar 1907 huwa sejjaħ grupp ta’ żgħażagħ u stedinhom għal konferenza spiritwali fil-Knisja Ta’ Nuzzo fil-Ħamrun. Dan il-grupp kera post żgħir fil-Ħamrun stess fejn iltaqa’ hawn għall-ewwel darba fis-7 ta ‘Marzu 1907.

Dawn iż-żewġ dati jimmarkaw il-bidu tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija – M.U.S.E.U.M. (Magister Utinam Sequatur Evangelium Universus Mundus).

Il-fergħa femminili tas-Soċjetà ġiet inawgurata fl-1910 bl-għajnuna ta’ Giannina Cutajar li wara saret l-ewwel Superjura Ġenerali tal-istess fergħa.

Wara ħajja twila u attiva, Dun Ġorġ Preca miet bħall-llum 58 sena ilu. Propju nhar il-Ħamis 26 ta’ Lulju, 1962 fid-dar tiegħu.

Il-funeral tiegħu sar jumejn wara. Kien wieħed mill-akbar funerali li qatt saru f’Malta.

 

Filmat miġbud minn Vincent Pisani mill-gallarija tad-dar tiegħu.

Il-ġisem ta’ Dun Ġorġ indifen ħdejn id-Dar Ġenerali tas-Soċjetà, il-Blata l-Bajda.

38 sena wara mewtu, il-ġisem tiegħu nstab kważi intatt. Illum dan il-ġisem jinsab fil-kappella tal-Madonna Mirakoluża taħt statwa tax-xema li tirraffigurah.

Kien ġie ddikjarat Beatu fuq il-Fosos tal-Furjana. Imbagħad il-Kanonizzazzjoni ġiet iċċelebrata f’San Pietru fil-Vatikan nhar il-Ħadd 3 ta’ Ġunju, 2007 fejn taħt xita ma taqta’ xejn, Dun Ġorġ ġie ddikjarat qaddis.

San Ġorġ Preca, itlob għalina!

Ritratt minn – L-Arċidjoċesi ta’ Malta
Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese