Josie Coppini twieled il-Belt Valletta fil-21 ta’ Diċembru, 1933. Raġel tal-familja, kantant u attur Malti l-iktar magħruf għall-karattru ta’ Ronnie.
Ħa l-edukazzjoni fil-Kulleġġ Stella Maris, Gżira.
L-ewwel imħabba lejn il-palk kienet permezz tal-mużika, liema passjoni ġiet mill-familja. Fl-aħħar tas-snin disgħin, Coppini kien imħarreġ bħala baritonu minn zijuh, Joseph Satariano.
Fost oħrajn ħa sehem ukoll fl-opra Ġensna, Iskra u fil-La Traviata ta’ Verdi fit-Teatru Manoel.
Kellu diversi partijiet ukoll fil-films The Trenchcoat, Final Justice u Black Eagle.
Produzzjonijiet oħra li ħa sehem fihom huma Triq Waħda, interpreta l-parti tas-Sur Nin fis-serje F’Baħar wieħed (1977), In-neputija tal-kappillan u fil-produzzjoni Issa naraw.
L-aħħar dehra tiegħu kienet fil-produzzjoni Ir-Ronnie – Persuna kwieta, raġel sew li tista’ tgħid beżżul f’ħafna mis-sitwazzjonijiet li kien jispiċċa fihom u li jibża’ minn martu; mara dominanti, parti maħduma minn Maryrose Mallia.
Żgur li tiftakar lil Maryrose issejjaħlu “purċinell”!
Josie kien l-attur li kien ipaxxi l-udjenza kemm bil-komiċitajiet tiegħu, kif ukoll anke b’xi gabrijola.
Illum huwa l-22 anniversarju mill-mewt tiegħu. Huwa miet fl-eta’ ta 64 sena. Id-difna saret fiċ-ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata, Raħal Ġdid.
Josie Coppini kien figura popolari fost il-Maltin, li ammiraw il-karattru ferrieħi tiegħu.