fbpx

Jekk taħseb li għaddejin minn żmien ħażin, ieqaf ftit u aqra dan…

Miktub minn
Reklam

Immaġina li int twelidt fl-1900.

Meta kellek 14-il sena, bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija u tispiċċa biss meta kien hemm 18-il miljun persuna mejta.

Ftit wara feġġet il-pandemija globali, l-Ispanish Flu u qatlet madwar 50 miljun persuna.

Għandek 20 sena.

Meta kellek 29 sena, bdiet il-kriżi ekonomika globali li bdiet bil-kollass tal-Borża ta’ New York, li kkawżat inflazzjoni, qgħad u ġuħ.

Kellek 33 sena meta in-nażi ħadu l-poter.

39 sena. It-Tieni Gwerra Dinjija bdiet u spiċċat meta kellek 45 sena b’60 miljun mejta.

Fl-olokawst mietu 6 miljun Lhudi.

Kellek 52 sena, meta bdiet il-Gwerra tal-Korea u 64 sena, meta bdiet il-Gwerra tal-Vjetnam. Spiċċat meta kellek 75 sena.

Tfal imwielda fl-1985 jaħsbu li n-nanniet tagħhom m’għandhomx idea kemm hi diffiċli l-ħajja. Dawn baqgħu ħajjin minn diversi gwerer u katastrofi.

Illum għandna l-kumditajiet kollha f’dinja ġdida, f’nofs pandemija ġdida. Imma aħna nilmentaw għax għandna bżonn nilbsu l-maskri. Aħna nilmentaw għax irridu nibqgħu limitati għal djarna fejn għandna l-ikel, elettriku, ilma, wifi u anke Netflix!
Xejn minn dak ma kien jeżisti. Iżda l-umanità baqgħet ħajja anke f’dawk iċ-ċirkostanzi u qatt ma tilfet il-ferħ u t-tama li tgħix.
Bidla żgħira fil-perspettiva tagħna tista’ tagħmel il-mirakli. Għandna nkunu grati li qed ngħixu. Għandna nagħmlu dak kollu li għandna nagħmlu biex nipproteġu u ngħinu lil xulxin.

 

Dan il-messaġġ għandu jasal għand kulħadd. Jekk jogħġbok xerred.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese