fbpx

B’tifkira – Mario Ellul

Miktub minn
Reklam

Mario Ellul – Kantant, attur, direttur tal-palk u ipproduċa diversi programmi fuq it-televiżjoni Malti. Kien ukoll parti mit-tim ta’ the Voices u membru fil-bord tal-Maltasong.

Twieled fit-8 ta’ Settembru, 1963.
Ingħaqad ma’ Xandir Malta bħala student waqt li kien għadu il-Liċeo fejn wara ftit daħal full-time.

117030823_605242783745807_1322336344865481772_n.jpg

Mario kanta mal-Fog and Mirage u ħa sehem f’diversi produzzjonijiet mużikali, fosthom Ali Baba, Bastilja, Żeża tal-Flagship, Ulied In-Nanna Venut, Manwel! Manwel! u Il-Ħotbi ta’ Notre Dame. Dawn tal-aħħar reġgħu ġew irrepetuti fuq l-istazzjon ONE.

Il-Maltin, speċjalment dawk fl-industrija tal-mużika u t-teatru,  ħadu xokk kbir hekk kif bħall-llum 16-il sena ilu, semgħu bil-mewt mhux mistennija ta’ Mario.

Is-Sur Ellul miet ħabta u sabta tard is-Sibt filgħaxija waqt kunċert biex jitfakkar it-tielet anniversarju tal-Casino di Venezia, fil-Birgu.

116536091_3541322045912657_2390968883372254883_n.jpg

 

Ma jistax jonqos li huwa jiġi mfakkar ukoll b’kanzunetta. Filfatt, ‘Mario’ hija l-kanzunetta miktuba minn Dominic Galea u Joe Julian Farrugia għal Herman Bonaci, li dakinhar kien ma’ Mario stess meta miet.

Hawnekk tista tisma wkoll l-aħħar kanzunetta li Mario irrekordja flimkien ma’ Jeffrey Scicluna.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese