Nosi Ghirlando – attur komiku. L-ewwel attur li lagħab il-parti ta’ Karmena Abdilla. Iva Nosi kien jinterpreta karattri femminili ta’ spiss.
Waqqaf il-kumpaniji teatrali ‘Maleth’ u ‘Ribalta’.
Nosi trabba fi Tripli u tilef lil ommu meta kellu biss 2 snin.
Kull min jiftakar jew sema’ bl-Istage Commandos, jiftakar li Nosi ġieli kien ikun il-mistieden speċjali. Huwa ngħaqad ma’ Radju Muskettieri u talab lil Charles Clews biex joħloq karattru femminili.
Dan il-karattru kien Karmena Abdilla! L-iktar kummiedja popolari ta’ kull żmien.
Nosi, miet bħal-llum 56 sena ilu, fl-eta’ ta 55 sena.