fbpx

L-IMĦABBA KIEFRA – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

Tibqa’ friżata, mingħajr kliem. Nicole, wiċċha mimli dmugħ u dieqa ma tistax temmen li ġralha hekk! Ħasbet li ħajjitha ħa tintemm issa stess. Imma min jaf għala?

Immorru kemmxejn lura. Nicole kienet tfajla pożittiva, mimlija ferħ u dawl minħabba li kienet fi stat f’ħajjitha li tgħid, “jien kuntenta”. Kienet qed taħdem xogħol għal qalbha, ħbieb tal-ġenn xi tgawdi u tgħożż, u l-aktar ħaġa kruċjali għaliha, l-għarus Sheldon. Kienu ilhom madwar tmien xhur flimkien. Nicole ħassitha persuna ġdida. Qatt ma kellha relazzjoni, u għalkemm Sheldon kellu difetti koroh fil-karattru, xorta waħda kienet lesta li tqatta’ ħajjitha miegħu. Ħaġa waħda dejjem kienet timlilha rasha bi ħsibijiet koroh u negattivi, il-fatt li Sheldon ħa jsiefer l-Awstralja maz-zija tiegħu għal sitt xhur. Kienet konxja li din xi darba kellha sseħħ, minn qabel ma daħlet relazzjoni miegħu għax kien avżaha, iżda qatt ma ħasbet li ħa tasal daqshekk minnufih.

Wara dawk il-kliem romantiku kollu u logħob tal-moħħ li għaddiet minnu, ħasset li kien kollu għalxejn. Sheldon telaq. Nicole b’qalbha mtertqa u fframmentata spiċċat solitarja. Iżda, pruvat tibqa’ affermattiva li dan ħa jkun perjodu temporanju biss. Kienet tibgħatlu fuq il-mowbajl kuljum, imma xorta kienet tħoss xi ħaġa nieqsa. Ma kinitx taf x’inhi. Imsomma, kienet taf. Ma riditx tammetti. Il-presenza ta’ Sheldon, ġismu mkaħħal magħha, idejh imdawrin ma’ darha u għajnejh imsakkrin fuq għajnejha. Il-presenza fiżika tiegħu, li tant kienet nieqsa minnha.

Għaddew tliet xhur. It-tama’ ta’ Nicole bdiet tiffjorixxa aktar maż-żmien beda jtir. Bdiet terġa tħossha aħjar, iżda dak li bdiet tħoss kien efemeru. Sheldon beda jinbidel, bdiet tarah li qed jaqtalha għall-qasir. Għamlet ljieli tibki u mġarrfa, ħassitha iżolata, waħedha fuq is-sodda titlob li kollox jiġi għall-aħjar. Sakemm… il-mowbajl daqq. Intbagħat messaġġ. Nicole inħasdet. Qabditu. Xelgħitu. Fetħitu. Għafset fuq il-messaġġ. Wiċċha mnixxef u skantata. Qratu. Il-messaġġ kien jikkonsisti…

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese