fbpx

B’tifkira – Johnny Navarro

Miktub minn
Reklam

Johnny Navarro – Ikona tat-teatru Malti u awditur li qatt ma kien iħalli ċ-ċajt jidħol fl-affarjiet serji bħax-xogħol tiegħu.

Imwieled il-Belt Valletta, Johnny kien membru attiv tal-Azzjoni Kattolika tal-Belt, imbagħad kien midħla sew tas-Salesjani.

Sa minn età żgħira bdiet tit­rawwem fih il-passjoni lejn il-palk, fil-fatt meta kellu 12-il sena, ħa parti f’reċ­ta fl-għaqda tal-Gioventù Kattolika. Sentejn wara ħa sehem fir-reċta “Il Ventaglio” ta’ Carlo Goldoni fit-Teatru Rjal.

Minn dakinhar kellu quddiemu karriera twila. Mifruxa fuq bosta snin fit-teatru, rediffusion u televiżjoni Malti.

Għalkemm Johnny Navarro kien meqjus bhala komiku, ħa sehem ukoll f’rappreżentazzjonijiet serji.

Karriera twila b’rapprezentazzjonijiet fuq il-palk f’diversi teatri f’Malta, Għawdex, il-Kanada, Stati Uniti u L-Awstralja.

Johnny Navarro miet bħal llum 23 sena ilu fl-għomor ta’ 84 sena.

 

Ritratt: Times of Malta / Darrin Zammit Lupi
Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese