fbpx

Ma rridx nitilfu – Storja miktuba minn Mandy Cilia

Miktub minn
Reklam

Kien ilu jissuspetta li martu kellha wiċċ ħaddieħor. Provi konkreti ma kellux imma mill-atteġjament tagħha lejh seta’ jinduna kif martu kienet tbiddlet mil-lejl għan-nhar, iżda donnu beda jibża’ jaffaċċja r- realtà u jara hux qed jiġi ngannat allura baqa’ m’għamel xejn. Iż-żmien kompla għaddej u l-affarijiet bejniethom komplew jiggravaw. Spiċċa biex waqa’ f’dipressjoni kbira u beda jżomm kollox ġo fih.

Sforz id-dipressjoni li qabditu beda jinqata’ minn kulħadd saħansitra anke minn dawk qrib tiegħu fil-waqt li martu kompliet taqlibilu ma’ dak u mal-ieħor mingħajr kas ta’ żewġha u minn xiex kien qed jgħaddi kuljum. Biss darba minnhom ħabib kbir tiegħu li ridlu biss ġid affaċċjah u qallu li dak li kien qed jaħseb fuq martu kien kollu minnu għaliex huwa rnexxielu jġiblu l-provi li tant kien jixtieq.

Bir-rabja li ħakmitu beda jkisser kull ma jiġi quddiemu mbagħad infaqa’ jibki fuq sieħbu.

‘’Mhux kollox kellha? Għaliex għamlitli hekk?!’’ Sieħbu għadru u ħallih jiżvoga mid-dwejjaq li kienu ilhom li  ħakkmuh għal bosta xhur. Wegħdu li lest li jgħinu f’dak kollu li kellu bżonn basta jerġa’ jarah ferrieħi bħal qabel.

‘’Jeħtieġ li tagħmel il-kuraġġ, ftakar biss f’dak it-tifel li m’għandu l-ebda ħtija. Trid tkun hemm għalih kif dejjem kont speċjalment issa meta tant ser ikollu bżonnok!’’ Qallu sieħbu. Imma għalkemm issa kellu l-provi kollha f’idu xorta waħda ma kienx ċert minn dak li kellu jagħmel.

‘’Hemm bżonn li tkellem avukat u jmexxik hu. Hekk biss tista’ tieħu ħajtek lura, inutli tibqa’ tgħix f’gidba!’’ Prova jikkonvinċih.

‘’Imma jien għadni nħobbha, ma nafx hux lest niġġildilha u hemm ħaġa oħra li qed tbeżżagħni’’ 

‘’X’inhi?’’

‘’Ibni! Ma rridx nitilfu, irrid nibqa’ nieħu ħsiebu jien u l-ħsieb li tista’ toħoduli qed iġeninni!’’

Dik kienet ir-raġuni li ma xtaqx jieħu passi kontriha għax beża’ li seta’ jitlef lil ibnu li tant kien iħobb. Iżda dan ma kellux ikun għaliex wara li sema’ minn sieħbu, uriha li sar jaf b’kollox u bdew il-proċess tas-separazzjoni kienet martu stess li rrifjutat li żżomm ‘il binha magħha għaliex qaltlu li ma kelliex ħin biżżejjed għalih u li issa kien beħsiebha terġa’ tibda tgawdi kif kienet tagħmel meta kienet għadha żagħżugħa.  

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese