Il-Prof. Guido de Marco – Politiku, Avukat u President tar-Repubblika ta’ Malta.
Twieled u trabba fil-Belt Valletta. Iżżewweġ lil Violet fl-1956 u kellu tlett ulied. Giannella, Fiorella u Mario.
Guido jibqa’ magħruf ma’ bosta għar-rispett li dejjem wera anke ma’ l-għedewwa tiegħu. Karatteristika li għenitu kemm fil-karriera politika tiegħu u anke fil-qrati tal-liġi.
Huwa serva bħala President bejn l-1999 u l-2004.
JIbqa’ mfakkar l-iktar għas-servizz tiegħu bħala ministru.
Bħala ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, fl-1987 kellu biċċa xogħol diffiċli li jerġa’ jġib il-kredibbiltà fil-korp tal-pulizija. Dan fi żmien meta l-forza kienet akkużata li kienet involuta anke fi swat.
Bħala ministru tal-ġustizzja u eks-Avukat ewlieni f’każijiet ta’ drittijiet tal-bniedem, il-Professur de Marco, mexxa wkoll liġi biex jipproteġi aħjar id-drittijiet tal-bniedem.
Serva wkoll bħala ministru tal-affarijiet barranin u laħaq wieħed mill-istadji importanti tal-ħajja politika tiegħu meta ressaq l-applikazzjoni biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea fis-16 ta’ Lulju, 1990. Id-data li timmarka l-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.
Ftit jafu li Guido, ħelisha ħafif bosta drabi fostom meta bħala President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, f’perjodu partikolarment imqalleb, hu flimkien mal-Prim Ministru ta dak iż-żmien Lawrence Gonzi, żar kamp tar-refuġjati Palestinjan u nqabad f’tiri ta’ sparaturi.
Guido de Marco miet bħal llum 10 snin ilu fl-eta ta’ 79 sena.
Il-monument iddedikat lill-eks President Guido de Marco, qiegħed quddiem il-qrati tal-liġi fil-Belt Valletta. Dan kien ġie inawgurat fil-preżenza tal-ex Prim Ministru Joseph Muscat, l-Ispeaker tal- Kamra Anglu Farrugia, ex-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, ekspresidenti u prim ministri, membri parlamentari u l-familja de Marco.