Il-UNICEF ħarġet gwida dwar kif waqt il-pandemija COVID-19, omm tista’ tredda’ lit-tarbija tagħha mingħajr periklu.
Jekk int omm jew qed tistenna, huwa naturali li jkollok mistoqsijiet dwar x’inhu l-aħjar għat-tarbija tiegħek. Speċjalment waqt din il-pandemija.
Il-kuntatt tal-omm mat-tarbija jgħin lit-tarbija tikber u sa issa m’hemm l-ebda raġuni biex dan jitwaqqaf.
Sal-lum, it-trasmissjoni ta’ COVID-19 għadu ma ġiex osservat fil-ħalib tas-sider.
Tista’ tara iktar hawnekk.