Nutella Cookies
Riċetta minn Z&Z’s cooking club
Ingredjenti –
300g Nutella
140g Dqiq
Bajda
Metodu –
Ħawwad flimkien il-bajda u in-Nutella. Itfa’ d-dqiq ftit,ftit u ħawwad sew.
B’idejk ifforma blalen żagħar u poġġi ġo reċipjent tal-forn miksi bil-karta tal-forn.
Aħmi f’forn 180⁰ għal bejn 10 u 15-il minuta.