Elvis Aaron Presley. Kantant popolari Amerikan magħruf bħala l-King of Rock and Roll u attur.
Elvis Aron Presley twieled fit-8 ta’ Jannar, 1935, f’Tupelo, Mississippi.
Kont taf li suppost Elvis kien twin?
Imrobbi ġo familja fqira, kienu jimxu minn post għal ieħor ta’ spiss.
Meta kellu 11-il sena, irċieva l-ewwel kitarra tiegħu bħala rigal mingħand ommu, Gladys. Ftit snin wara rebaħ talent show fl-iskola Humes High School f’Memphis.
Fl-1953, wara li ggradwa, ħadem numru ta’ impjiegi waqt li kompla jsegwi l-ħolma mużikali tiegħu. Fl-1954, wara ‘demo’ b’suċċess, huwa ħareġ l-ewwel single tiegħu “That’s All Right”.
L-ewwel film tiegħu, Love Me Tender (1956), kien suċċess fil-box office.
Elvis magħruf ukoll għas-soundtrack għall-film tiegħu GI Blues. Irrekordja l-mużika u ħa sehem fil-films Blue Hawaii (1961), Girls! Girls! Girs! (1962) u Viva Las Vegas (1964).
Ġie mdaħħal fl-armata u serva fil-Ġermanja għal madwar sena u nofs. Ftit qabel ma Presley telaq lejn l-Ewropa, mietet omm il-maħbuba tiegħu. Huwa ngħata leave speċjali u rritorna lura lejn Memphis għall-funeral.
Bħal llum 43 sena ilu, Elvis Presley miet minħabba kundizzjoni f’qalbu, fl-età ta’ 42. Huwa ġie midfun fil-propjetà ta’ Graceland, viċin l-oqbra tal-familjari tiegħu.