Jekk jogħġobkom, jekk taraw koppja żagħżugħa tal-istess sess fit-triq, tmorrux tgħidu lill-ġenituri tagħhom mingħajr il-kunsens taż-żgħazagħ.
Il-Malta Gay Rights Movement (MGRM) qalet li din il-biċċa ġrat kemm-il darba u jinsabu ferm irrabjati.
Dawn in-nies qed joħolqu problemi serji lil persuni LGBT+. Liem problemi jvarjaw minn vjolenza psikoloġika u/jew fiżika mill-ġenituri fuq it-tfal fost affarijiet oħra.
Il-persuni LGBT+ BISS huma dawk li jridu jiddeċiedu meta u kif jgħidu lill-ġenituri tagħhom u għal dik ir-raġuni, ħadd m’għandu jindaħal x’jagħmel ħaddieħor f’ħajtu temmet tgħid l-MGRM.