fbpx

L-IMĦABBA KIEFRA L-aħħar parti – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

Il-messaġġ kien jikkonsisti kliem kurjuż u pekuljari għal Nicole.

“Ħa nipprova niġi lura kemm jista’ jkun malajr, nipprova imma… dħalt f’basla u jekk ngħidlek aktar indaħħlek fiha. U dik tkun l-inqas ħaġa li rrid nagħmel! Ma kienx mument li ħallejtek Malta. Qatt ma missni tlaqtek waħdek, speċjalment mument bħal dan. Skużani, u ftakar li nħobbok Nic.”

“U? X’aktar? Ma jistax ikun jieqaf hekk il-messaġġ!”

Nicole b’qalbha maqtugħa ma kinitx taf x’se taqbad tagħmel. Sheldon kien ġuvni inkejjuż mill-kbar iżda possibli jasal jiċċajta hekk? Possibli jiċċajta daqshekk kiefer? Nicole kienet konfuża aktar minn qatt qabel. Iddeċidiet li tibgħatlu messaġġ wara l-ieħor, ċempila wara l-oħra. Imma għalxejn. Kollu għalxejn. Sheldon ma bagħtx lura. Nicole ma setgħitx tiflaħ aktar, għajjiet tibki u tixgħer. Tant kemm bkiet, li ma baqax joħrogilha dmugħ. Tistenna ġurnata wara l-oħra. L-inkwiet ikompli jeċċellera.

Għaddew ħamest ijiem. Nicole lanqas taf x’se taqbad tagħmel. Tilfet kull tip ta’ tama li kellha, jekk kellha. F’ħabta u sabta l-mowbajl daqq. Inħasdet. Qamet tiġri bi ftit saħħa li għadt fadallha. Kien hemm numru mmarkat mhux isem, iżda familjari għaliha. Kellha ġenn biex tisma’ l-leħen ta’ min hu. Ma ħasbithiex darbtejn. Qabditu. Semgħet leħen ta’ mara jkellimha.

Tgħid: “Nicole hawn, min int?”

Tkellimha omm Sheldon b’ton sogħbien, tgħidilha l-agħar aħbar li setgħet tisma’ bħalissa. U probabbli l-unika aħbar li ma stennietx li ħa tisma’. Ħasbet f’ħafna negattiv, bosta ħsibijiet pessimisti, iżda qatt ma mmaġinat hekk. Baqgħet skantata. Bdiet tieħu kull nifs qawwi. Tiċċassa lejn ix-xejn. Sheldon tilef ħajtu. L-ajruplan ħabat u ħa n-nar, u eventwalment sploda. U l-agħar ħaġa hi, li ma jafux biex iżda assumew xi problemi tekknikiċi gravi. Il-mowbajl telqitu minn idha. Garatu faċċata u baqgħet tiċċassa.

Tibqa’ friżata, mingħajr kliem. Nicole, wiċċha mimli dmugħ u dieqa ma tistax temmen li ġralha hekk! Ħasbet li ħajjitha ħa tintemm issa stess. Kienet ilha tistennih żmien biex jiġi lura mbagħad ġralha hekk. Nicole għalqet għajnejha. Tibki. Raqdet. Tittama li l-ħajja tiġiha għall-aħjar jekk hi possibbli. Jew tarah fil-ħolm u tara l-wiċċu darba waħda biss. Dejjem tittama…

TMIEM

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese