fbpx

Popolarità – Storja miktuba minn Mandy Cilia

Miktub minn
Reklam

Isabelle minn dejjem kienet tħobb l-attenzjoni, mhux għax kienet xi tifla kiesħa imma hekk biss kienet tħossha tagħmel parti fis-soċjetà.  Iżda għal xi raġuni dejjem kienet tħossha mwarrba speċjalment meta kienet tiltaqa’ ma’ nies ġodda. Dan il-fatt kien jagħmilha verament imdejqa u forsi għalhekk dejjem xtaqet li l-attenzjoni xi darba tkun fuqha wkoll.

Maż-żmien drat ukoll u ma baqgħetx ossessjonata kif kienet. Tgħallmet li min vera jieħu gost bil-preżenza tagħha  u jridha tkun parti minn f’ħajtu dejjem kien ser jistmaha. Darba fost l-oħrajn iddeċidiet li tidħol f’kompetizzjoni tal-kant wara ħafna kuraġġ mingħand sħabha. Għall-bidu kienet xi ftit xettika għax ma riditx li taqa’ għaċ-ċajt ma’ kulħadd imma mbagħad għamlet il-kuraġġ u daħlet. Spiċċat biex kienet hi r-rebbieħa tal-kompetizzjoni għalhekk il- popolarità tagħha splodiet u bis-saħħa t’hekk kien qed ikollha ħafna opportunitajiet.

Issa l-folja kienet inqalbet. Kulħadd beda juriha l-attenzjoni li darba tant xtaqet li jkollha. Anke dawk li għal xi raġuni qatt ma riedu kliemha issa kollha ġew jippruvaw isiru ħbieb magħha bit-tama li huma wkoll jiġbdu l-attenzjoni ta’ nies oħra bis-saħħa tagħha. Qatt ma ħasbet li daqsxejn ta’ fama kienet ser tħalli daqshekk effett.

Għalkemm fl-aħħar mill-aħħar il-popolarità kienet qed togħġobha dejjem żammet f’moħħha lil dawk kollha li b’xi mod irrispettawha dejjem mhux għax f’daqqa waħda saret famuża. Kien bis-saħħa ta’ dawn in-nies li hi waslet fejn waslet għaliex emmnu fiha mill-bidu nett u kienu magħha anke fil-maltemp. Ma kinitx waħda li żżomm f’qalbha għalhekk dawk kollha li ppruvaw isiru ħbieb magħha laqgħathom b’idha miftuħa iżda fl-ewwel post dejjem żammet lill-ħbieb vera tagħha.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese