fbpx

B’tifkira – Vince Laus.

Miktub minn
Reklam

Vince Laus, imwieled fl-1 ta’ Jannar, 1945 f’San Ġiljan u kien popolari fuq ir-radju u televiżjoni. Magħruf bħala bniedem ċajtier u ferrieħi.

Vince, waqa’ fl-imħabba tal-mużika minn meta kien għadu żagħżugħ. Fl-1963 huwa mar l-Ingilterra, fejn segwa il-mużika tal-pajjiż aktar mill-qrib u għex hemmek għal 12-il sena. Matul dan iż-żmien serva wkoll bħala s-segretarju tal-Fan Club tal- grupp popolari – Beach Boys.

Fl-aħħar tas-sebgħinijiet Vince ġie lura Malta u ried jagħmel il-mużika Maltija iktar popolari fost il-Maltin u għalekk f’Ottubru 1978, huwa nieda s-Soċjetà ta’ l-Apprezzament tal-Mużika tal-Pajjiż, li kellha aktar minn 200 membru.

F’Awwissu 1991, Vince ingħaqad ma’ Super 1 Radio u kiseb popolarità permezz tal-programm tiegħu “Nagħżel Jien, Nagħżel Country.”
F’Ottubru, 1999 din id-darba fuq Super 1 TV, ixxandar l-ewwel programm bl-isem ‘Vince Laus Country Music Show’ li kien programm iddedikat kollu kemm hu għall-mużika Country.

Interessanti kif qabel dan, Vince beda jxandar fuq l-istazzjon tar-radju Libjan-Malti, Leħen il-Ħbiberija u Solidarjeta’ – stazzjon li ma kellux ħajja twila wisq.

Iktar tard beda jikteb ukoll artikli informattivi fuq gazzetti u magażin’s lokali.

Iżżewweġ lil Daphne fil-21 ta ‘ Settembru 1969 wara li ġew introdotti lil xulxin minn D.J Brittaniku, Robbie Dale. Huma kellhom żewġt itfal, Sherri u Duane.

Vince Laus miet fir-residenza tiegħu propju bħall llum 16-il sena ilu.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese