Riesqa x-xitwa u din id-darba, iktar minn qatt qabel huwa importanti ħafna li nsaħħu s-sistema immunitarja tagħna. Din hija s-sistema naturali f’ġisimna li tipproteġina mill-mard.
X’għandna nagħmlu sabiex ikollna sistema immunitarja b’saħħitha?

Huwa importanti ħafna li persuna taddatta stil ta’ ħajja b’saħħitha bħal
– Nżommu dieta bbilanċjata li tikkonsisti fi frott u ħaxix abbundanti.
– Nagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju kuljum u inżommu piż bilanċjat.
– Ma npejpux u nimmoderaw ix-xorb alkoħoliku.
– Nżommu l-iġene personali. Speċjalment li naħslu jdejna ta’ spiss.
– Norqdu n-numru ta’ sigħat meħtieġa u nnaqqsu l-istress.
X’supplimenti nistgħu nieħdu sabiex insaħħu din is-sistema?
Supplimenti li jkollhom Vitamini C, D u B kif ukoll Beta-Glucans, Zinc u Selenju huma tajbin biex isaħħu din is-sistema. Kif ukoll supplimenti naturali bhal echinacea, il-propolis u estratti tat-tewm u ż-żagħfran.
Supplimenti li jkun fihom il-probijotiċi addatti, wkoll jgħinu fit-tisħiħ ta’ din is-sistema.

Huwa importanti wkoll li persuna tieħu l-vaċċini kollha li hemm bżonn. Partikolarment dik ta’ l-influwenza staġjonali.

Infakkar sabiex qabel ma nieħdu xi supplimenti dejjem insaqsu lill-ispiżjar jew it-tabib tagħna, filwaqt li nisħaq sabiex nimxu mal-miżuri meħtieġa waqt l-imxija tal-virus Covid-19 sabiex nevitaw li niġu nfettati jew li ninfettaw lil ħaddieħor.
L-Ispiżjara Kathryn Galea