fbpx

Il-BAKKETTA MAĠIKA L-Ewwel parti – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

F’idu kellu bakketta maġika. Ma setax jemmen lil għajnejh stess, li oġġett bħal dan kien jeżisti. Kien ġewwa għar ċkejken fil-foresta li mar jesplora bħala vaganza, imma l-vaganza ħadet dawra. Ħass li ma kellux kontroll fuqu. Beda jara mċajpar. Jisma’ zkuk jinħarqu. Riħa ta’ ħruq qawwija. Beda jara l-iswed. Sakemm għajnejh ingħalqu, u ntilef minn sensih.

Eventwalment, fetaħ għajnejh. Sab ruħu barra mill-foresta. Ma kellux memorja ta’ x’kien ġara u ħaseb li lesta mill-esplorazzjoni. B’hekk iddeċieda li jmur lura f’pajjiżu.

Wasal fl-apartament tiegħu. Sab stikka fil-basket. Ħeles minnha u ramiha. Iżda, reġa’ sabha fuq is-sodda qisha qed tistennih. Kienet qiegħda tixgħel lewn safrani. Qabadha bil-goff, xejjirha tnejn lejn is-sufan u s-sufan ħa n-nar. Baqa’ imbellaħ. Iżda, hu persuna li jemmen fis-sopranaturali u minħabba f’hekk iddeċieda li jmur il-Buskett biex jesperimenta.

Kienet ferħa bla temma għax din id-darba ma sar xejn. Ħaseb li mmaġina kollox, iżda lanqas laħaq spiċċa l-ħsieb li ma sparatx tir magħmul min-nar lejn ħamiema, u povra ħamiema ġiet irmied. Reġa’ pprova għat-tielet darba, xejjirha lejn ġebla u din il-ġebla sfixxat. Irrealizza li kellu bakketta maġika quddiem għajnejh. Beda jiftakar traċċi ta’ x’kien ġralu f’dik il-foresta speċifikament f’dak l-għar, imma xorta moħħu ma setax jgħaqqad kollox. Li ried beda jsir realta’, tinstema’ kemm tinstema’ surreali, kollox beda jseħħ. Ried il-ħaxix jikber f’daqqa, hekk ġara. Ried siġra tiġi roża, hekk saret. Ħassu persuna mill-ġdid, elit fuq ħaddieħor. Għaddew ġimgħatejn u l-ħajja ma setgħitx tkun aktar xierqa milli hi, kollu minħabba dan il-jedd fuq ħaddieħor.

Ma damx sakemm ħa n-niżla għat-triq il-ħażina ta’ ħell u ta’ dannu fuq ħaddieħor. Min jipprova jintervieni kien jurih detriment. Kien fost dawk il-ħallelin li qedgħin fil-lista tal-pulizija li l-aktar għandhom jinqabdu. Meta kien ikun furjuż, iħoss terrur jew ikun irid xi ħaġa bis-saħħa, kien jispiċċa bla kontroll qisu pposessjat u maħkum minn xi ħaġa. Darba minnhom f’lejl sajfi, ma setax jieqaf jaħseb fuq kemm irid il-kesħa u reżħa minħabba l-għomma tas-sajf. Ipprova juża’ l-bakketta biex iberred u jreżżah l-atmosfera iżda l-maġija daħlet ġo fih. Il-ġilda bjaditlu, għajnejh bdew iteptpu bojod karti, xagħru beda jibjad u ġismu kien inġazzat.

Tfaċċaw il-pulizija. Kollha lesti għalih. Sema’ leħen f’rasu jgħidlu:

“Elimina kull individwu u aħrab, jew ċedi ruħek lill-pulizija u għix ħajtek imsakkar ġo ħabs, l-għażla f’idejk…”

Din l-istorja se tkompli l-ġimgħa d-dieħla.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese