fbpx

Mamà – Storja miktuba minn Mandy Cilia

Miktub minn
Reklam

Kellha konfużjoni sħiħa ġo moħħha u ma kinitx taf x’ser taqbad tagħmel. Li tinqabad tqila hekk malajr qatt ma kien fil-ħsieb tagħha meta kienet għadha qed tistudja. Bkiet fuq li bkiet u ppruvat tagħmel minn kollox biex forsi teqred dak li kien qed jikber f’ġufha, lanqas għand tabib ma riedet tmur.

Ippruvat anke tweġġa’ lilha nnifisha, u bħallikieku dan ma kienx biżżejjed bdiet tiżvoga fix-xorb u-sigaretti, imma kien kollu ta’ xejn. L-unika triq li kien fadlilha hi li tagħmel abort, hekk qalulha sħabha imma hi kienet lesta li tagħmel dan? Ma kellix kuraġġ, kienet tibża’ iżda din il-proposta baqgħet tidwi f’moħħha.

Wara li għajjiet taħseb fuq li taħseb għajnha marret biha u raqdet fit-tul.

Għaliex trid teqridni mamà? Għaliex ma tridx ittini ċans biex nurik kemm inħobbok? Taħseb li jekk teqred lili wara ħa tħossok aħjar? Kont int li ħloqtni, iżda issa tkunx int li teqridni għax tibqa’ bir-rimors għomrok kollu. Nixtieq li tħossok kburija bija meta għad tħares lura fiż-żmien iżda dan jiddependi biss minnek! Ħallini ngawdik, jien għandi bżonn lilek biex tħobbni mamà.

Mal-Kelma mamà stenbħet maħsuda. Ħarset lejn żaqqha u bla ma taf kif bdiet tmellisha daqs li kieku kienet qed tmelles lit-tarbija tagħha. Dak il-ħin irrealizzat li ma setgħet qatt teħles mit-tarbija għax issa dik kienet parti minn ħajjitha, demmha, u bkiet fuq li bkiet bid-dispjaċir li kienet qed tħoss.

Bid-dmugħ nieżel minn għajnejha żammet żaqqha u lit-tarbija qaltilha ‘’Le, ma nasal qatt li neqirdek, anzi rrid nagħmel minn kollox biex tara d-dawl tax-xemx u tkun f’saħħtek’’.  Dak il-ħin stess ċemplet lit-tabiba u għamlet appuntament.

Kellha tifla u llum il-ġurnata bintha għandha tliet snin. Minkejja li kienet iebsa biex trabbiha meta ma kellha xejn taħt rasha, bintha saret kollox għaliha. Ma setgħet qatt timmaġina ħajjitha mingħajrha u iva bit-tifla magħha kienet lesta tegħleb kull ostaklu li tiltaqa’ miegħu fil-ħajja.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese