fbpx

B’tifkira – Madre Tereża ta’ Kalkutta.

Miktub minn
Reklam

Madre Tereża – Figura rqiqa, attiva u wiċċ imkemmex li sar magħruf mad-dinja kollha.

Anjezë Gonxhe Bojaxhiu, twieldet ġo familja Kattolika Albaniża fi Skopje. Ta’ 18-il sena ddeċidiet li tidħol fil-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Missjonarji tal-Madonna ta’ Loreto.

Fl-1928 telqet lejn l-Irlanda, u sena wara marret l-Indja.

Jekk verament irridu nħobbu, irridu nitgħallmu kif naħfru.

Madre Tereża


Fl-1931, Ineż ħadet l-ewwel voti bl-isem ta’ Swor Marija Tereża tal-Bambin Ġesù, u ta 20 sena kienet tgħallem l-istorja u l-ġografija lil studenti bniet sinjuri fil-kulleġġ tas-sorijiet ta’ Loreto.

Hija kellha tħalli l-kunvent biex tiddedika ruħha għall-fqar, abbandunati, emarġinati, abbandunati u għal dawk mingħajr dinjità.

Madre Tereża għexet fuq l-imitazzjoni tal-virtujiet tal-Madonna.
Umiltà – Silenzju – Karità.

Qatt ma nistgħu nkunu nafu x’sempliċi tbissima tista’ tagħmel.

Madre Tereża

Madre Tereża mietet f’Kalkutta bħal llum 23 sena ilu fid-9.30 ta filgħaxija. Kellha 87 sena.


Sentejn wara l-mewt tagħha, fis-26 ta’ Lulju infetaħ il-proċess tagħha ta’ beatifikazzjoni, għalkemm għall-poplu Madre Tereża kienet diġà qaddisa.

Nhar id-19 ta’ Ottubru 2003, Papa Ġwanni Pawlu II iddikjaraha Beata.

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese