X’għamlitilna l-pandemija,
sakkritna ġewwa ġo kwarantina,
qabel kont nara l-ħlewwa ġewwa,
iżda issa qed inħossni msakkar f’kantina.
Iżda, ejja nħarsu naqra minn aspett pożittiv,
dan huwa żmien ferm riflettiv,
fejn nistgħu nesploraw ħiliet u talenti,
u nibqgħu naħdmu fuqhom b’mod konsistenti.
U l-aħħar ħaġa li nixtieq ngħid hi,
li minħabba l-kwarantina,
konvint li tgħallimna noħorġu s-sabiħ ta’ ġo fina.