Sikwit nisimgħu persuni jgħidulna li għandhom uġigħ fil-ġogi minn żgħar sa anzjani. X’jikkawża dan?

Il-ġogi jinsabu bejn għadma u oħra f’diversi partijiet tal-ġisem.
B’kollox jeżistu 3 tipi ta’ ġogi – dawk fibrużi bħalma nsibu fir-ras fejn il-moviment huwa limitat ħafna, dawk bil-qarquċa (cartilage) bħalma nsibu fl-ispina tad-dahar, kif wkoll il-ġogi sinovjali (synovial) li huma dawk li jippermettu l-aktar moviment bħal fl-ispalla u fil-ġenbejn.
L-uġigħ fil-ġogi fit-tfal ikun aktarx f’perjodi meta jkunu qedin jikbru, liema uġigħ ikun għal żmien qasir.
Fil-kbar iżda hemm diversi raġunijiet għal dan l-uġigħ, fosthom strapazz repetittiv, kawża ta’ xi waqa’ jew inċident u l-artrite. Jista’ jkun wkoll kawża sekondarja ta’ kundizzjonijiet mediċi oħrajn.
Kif nistgħu intaffu minn dan l-uġigħ?

Mill-aspett mediċinali, wieħed jista’ japplika kremi jew jieħu pilloli li jtaffu l-uġigħ. Dan dejjem għandu jsir wara li nikkonsultaw ma’ l-ispiżjar jew it-tabib tagħna.
F’każ li l-uġigħ xorta ma jtaffix, tista’ wkoll tittieħed injezzjoni għal dan.
Hawn ukoll diversi supplimenti li jgħinu sabiex jiġi ikkontrollat l-uġigħ fil-ġogi.
Dawn is-supplimenti ġeneralment jikkonsistu fi glukosamina u chondroitin, liema komponenti diġà jinstabu fil-ġogi tagħna.
Iż-żejt tal-ħut, ġinġer, żagħfran (turmeric) kif wkoll estratti minn pjanti bħal Boswellia serrata kollha jgħinu jtaffu dan l-uġigħ.
Il-fiżjoterapija, in-nuqqas ta’ piż żejjed u l-eżerċizzju fiżiku moderat wkoll huma irrakkomandati.

L-Ispiżjara Kathryn Galea