fbpx

Il-BAKKETTA MAĠIKA L-Aħħar parti – Storja miktuba minn Jenson Elsworth

Miktub minn
Reklam

“X’se nagħmel?…”

Beda jgħid bejnu u bejn ruħu. Ma riedx jispiċċa l-ħabs iżda lanqas joqtolhom! Kien f’bejn ħaltejn. Qalbu bdiet tħabbat ħamsa ħamsa, beda jitriegħed bit-twaħħix li kellu fuqu. Beda jhewden x’kien x’se jagħmel.

“Niġri?” “U jekk jaqbduni? Jew dan il-leħen ipattiehili jekk ma nismax minnu.”

Is-sema swiedet, sħab griżi kważi suwed dlam, xita qliel, sajjetti u ragħad li jibbumbardjaw il-belt kollu, ir-riħ jonfoħ minn fuq il-baħar u l-mewġ jixxerred mal-blat kollu b’saħħa kbira.

U ħa deċiżjoni. Iddeċieda li jiġġieled u jaħrab. Wara ġlieda kiefra fejn kkaġuna wġigħ lil numru kbir ta’ pulizija u anke tefa’ nies fi stat ħażin viċin il-mewt, beda jiġri biex jaħrab. Kollox kontra qalbu beda jagħmel imma jħoss li qed jitlef kull kontroll minn fuq ġismu stess. Issa ġismu f’idejn din il-maġija u tagħmel li trid bih, għalinqas hekk jemmen hu. Ġew aktar pulizija għalih u raw li dan qisu kreatura surreali u preternaturali. Xi ħaġa krudili, qalil u tirann. Xi ħaġa li qatt ma raw b’għajnejhom, minħabba f’hekk kien hemm pulizija li tant kemm beda jibża’ li qabad jisparalu bla kont. Fejn irriżulta li l-protagonist spiċċa ġol-baħar, fil-maltempata u mewġ. Minn hemm ma rawhx aktar il-pulizija.

Bl-isparaturi, apparti li kien midrub u ferut, kważi tilef ħajtu. Intilef minn sensih. U waqt li kien mitluf minn sensih, il-memorji ta’ ġewwa l-għar ftakarhom impenġijin f’moħħu. Jiftakar dieħel ġo għar dejjaq, bi ftit dawl mal-faċċata. Bi drittu, kien hemm dawl lewn isfar u kien hemm oġġett misterjuż jistennih biex jaffaċjah. Hekk għamel. Resaq lejn dan l-oġġett. Kurżita’ kbira. Qabad l-oġġett b’idu. Xegħel kulur aħmar nar madwar l-oġġett, u f’daqqa waħda sab ruħu barra l-għar qisu xi ħadd mexxih. U dan l-oġġett ħlief jispara’ tiri tan-nar ma bediex jagħmel. F’idu kellu bakketta maġika u ma setax jemmen lil għajnejh stess, li oġġett bħal dan kien jeżisti. Eventwalment, storda minħabba l-ammont ta’ duħħan li kien hemm.

Kollox ftakar. Beda jipprova jiftaħ għajnejh, beda jara d-dawl tax-xemx dritta fuqu. Sab ruħu f’bajja bir-ramel ħamrani, mitluf ma jafx fejn hu. Bilkemm kien jiflaħ jiċċaqlaq minħabba l-feriti li kellu. Il-bakketta maġika baqgħet f’idu iżda nbidlet f’ilma u dan l-ilma rrnexxielu jidħol f’ġismu u ġismu beda jassorbih. Ftit sekondi wara, il-feriti kollha nagħlqu u l-uġigħ telaqlu. Madwaru ilma ffriżat, anke kull fejn beda jmiss beda jsir silġ.

Iżda, xorta waħda ma jridx jibqa’ sejjer hekk. Għall-ewwel ħassu grat u grandjuż, imma issa ħlief terrur m’għandux fuqu. Dak il-ħin ħaseb f’deċiżjoni waħda biss. Niżel fil-baħar. Qagħad sa tlieta. Niżel taħt l-ilma. U wettaq suwiċidju. Il-bakketta maġika saret viżibbli fuq ir-ramel, qisha qiegħda tistenna l-vittma li jmiss.

TMIEM

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Reklam
Reklam
EnglishMaltese