fbpx

L-għadam ta’ ġisimna. L-Ispiżjara Kathryn Galea.

Miktub minn
Reklam

Għandna 206 minnhom! Qed nirreferi għan-numru ta’ għadam li jappartjenu għal ġisem adult.

L-għadam huma essenzjali mhux biss biex ituna sapport għall-ġisem u protezzjoni għal uħud mill-organi, iżda wkoll jikkonsistu fil-mudullun minn fejn jiġu ipproduċuti ċ-ċelloli li għandna fid-demm. F’kelma waħda huma meravilja oħra tal-ġisem!

L-għadam f’ġisimna jiġġenera ruħu kontinwament u jilħaq il-massimu ta’ densità u saħħa sa’ l-età ta’ 30 sena. Huwa importanti li inżommu l-għadam b’saħħtu billi:

– Ikollna dieta bilanċjata u nieħdu ikel li fih il-kalċju bħal ġobon, yoghurt, ħalib, spinaċi, kale, fażola u anka żrieragħ bħal dawk tal-pepprin, ġunġlien u chia.
– Ninkludu wkoll sorsi ta’ Vitamina D fid-dieta bħal lewż, sardin u ħut ieħor, prodotti tas-soya, ċereali, faqqiegħ u bajd. 
Il-vitamina D hi wkoll magħrufa bħala il-vitamina tax-xemx, il-għaliex ftit esposizzjoni għax-xemx kuljum tgħin sabiex tiġi iġġenerata din il-vitamina.
– Nagħmlu eżerċizzju fiżiku regolari
– Nillimitaw l-alkoħol u nevitaw it-tipjip billi dawn jikkawżaw deterjorament fl-għadam maż-żmien
Hemm bosta fatturi li jqegħdu f’riskju is-saħħa ta’ l-għadam fosthom 
– L-età. Aktar ma nikbru fl-età aktar l-għadam idum ma jirriġenera ruħu u akbar ir-riskju ta’ l-osteoporożi
– Is-sess tal-persuna. L-ormoni jilgħabu irwol importanti fis-saħħa ta’ l-għadam. Dan hu aktar komuni fin-nisa wara il-menopawsa hekk kif l-estroġenu jonqos drastikament.
– Il-piż. Persuni b’piż baxx aktar minn normal għandhom riskju akbar ta’ problemi fl-għadam.
– It-teħid ta’ ċertu mediċina. Persuni li jkollhom bżonn jieħdu mediċina bħal steroids għal tul ta’ żmien aktar ikunu f’riskju ta’ għadam dgħajjef.

L-aktar kundizzjoni komuni fl-għadam hija l-osteoporożi. Fi kliem sempliċi, meta l-għadam jibqa’ jitfarrak u jnaqqas fis-saħħa tiegħu. Sintomi jinkludu uġigħ, ksur frekwenti ta’ l-għadam li jdum ma jagħqad kif wkoll jibda jitnaqqas it-tul ta’ l-ispina tad-dahar. Din il-kundizzjoni tista’ tiġi segwita billi jsir test tad-densita’ ta’ l-għadam almenu kull sentejn. Staqsi lit-tabib tiegħek dwar dan it-test.

Kundizzjonijiet oħra fl-għadam jinkludu infezzjonijiet, partikolarment f’persuni bid-dijabete mhux ikkontrollata, kif wkoll il-kanċer fl-għadam li hu komuni f’persuni ta’ etajiet relattivament żgħar. 

Sintomi tal-kanċer fl-għadam jinkludu ksur faċilment, nefħa qrib l-għadam affettwat, kif wkoll uġigħ.

L-Ispiżjara Kathryn Galea

Reklam

Ixxerja din il-paġna

Share on facebook
Facebook
Share on twitter
Twitter
Share on linkedin
LinkedIn

Ara wkoll

Reklam
Reklam

Ipparteċipa f'TEK TEK

Għandek xi kitba, ritratti jew filmati? 

Ara wkoll

Reklam
Reklam
EnglishMaltese